Bieb minflok rixtellu fl-entratura tas-CID

Read in English.

Filwaqt li Membri Parlamentari kienu qed jiddibattu t-trasparenza u l-effiċjenza tal-Gvern fil-Parlament fejn jidħol il-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, twaħħal bieb fl-entratura tas-CID.

Dan il-bieb jwaqqaf lil kull min ikun barra milli jara xi jkun għaddej ġewwa. Fil-passat kien hemm bieb simili iżda din kien eventwalment tneħħa.

Fl-aħħar ġimgħat bosta ġurnalisti kien qed jinġabru viċin din iż-żona sabiex jieħdu filmati u ritratti ta’ bosta persuni magħrufa li ġew arrestati jew intlabu jmorru sabiex jiġu interrogati mill-pulizija b’rabta mal-assassinju ta-ġurnalista. Fost dawn il-persuni kien hemm il-Ministru Chris Cardona, l-eks Chief of Staff Keith Schembri, u s-sid tal-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech.

Illejla se tkun qed issir protesta oħra organizzata minn Repubblika, din id-darba quddiem id-depot, fis-7pm.