Bieb jingħata n-nar fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu

Fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, bieb ta’ residenza fi Triq Wied is-Seqer, ir-Rabat Għawdex, ingħata n-nar.

Il-każ seħħ għal ħabta tas-sagħtejn.

Fuq il-post waslu l-pulizija u membri tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien.

Kawża tan-nirien, il-bieb tar-residenza ġarrab ħsarat estensivi. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.