Bieb jieħu n-nar fil-Ħamrun; jeħilsuha ħafif

Bieb ta’ residenza fil-Ħamrun inħakem minn nirien tul il-lejl, iżda ħadd fid-dar ma weġġa’.

Mara ta’ 79 sena u raġel ta’ 56 sena nqabdu ġod-dar fi Triq Santu Wistin fil-Ħamrun meta l-bieb qabad bin-nar fis-1.30am.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jitfu n-nar. Iż-żewġ persuni ħelsuha ħafif u ma sofrew mill-ebda ġrieħi.