Bieb il-Bombi jinxtegħel oranġjo

Malta ngħaqdet ma’ ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja biex tfakkar il-jum internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa.
B’appoġġ għal inizjattiva li qed titmexxa bħalissa min-Nazzjonijiet Magħquda, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali ħa ħsieb biex f’dawn il-jiem, il-Bieb tal-Bombi jinxtegħel b’dawl oranġjo, bħalma jsir f’diversi pajjiżi fejn jinxtegħel diversi bini storiku.
Fil-Parlament ilbieraħ, il-Ministru Helena Dalli qalet li l-vjolenza verbali u fiżika m’għandhom qatt ikunu tollerati, irrelevanti minn min titwettaq.
Żiedet tgħid li l-vjolenza kontra n-nisa se tkun waħda mill-materji li se titpoġġa fuq l-aġenda waqt il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li Malta se tkun qed tmexxi fl-2017.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut