​Bidwija Spanjola ssir “is-sinjura Trump”

Bidwija Spanjola saret famuża wara li fuq il-midja soċjali ħafna bdew ixebbħuha mal-verżjoni femminili tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.
Dan wara li ġurnalist skopra lil din il-bidwija li tkabbar il-patata, u qal li baqa’ sorpriż b’kemm tixbah lil Donald Trump, l-iktar minħabba l-kulur ta' xagħarha.
Il-mara jisimha Dolores Leis Antelo, ilha 40 sena miżżewġa u m’għandhiex kompjuter jew mowbajl. Madankollu issa saret ċelebrità fuq l-internet tant li anke nħoloq għaliha l-hashtag #SenoraTrump
Il-ġurnalist qal li kien qed iżur parti rurali ta’ Cabana de Bergantinos biex jagħmlilha intervista dwar suġġett differenti.
Naturalment fuq il-midja soċjali ma jonqosx l-element satiriku bir-ritratti li bdew jittellgħu.