Bidwi jweġġa’ gravi f’għalqa fis-Siġġiewi

Ftit wara d-disa’ ta’ dalgħodu bidwi mis-Siġġiewi weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xogħol tal-ħart fl-għalqa tiegħu fiż-żona tas-Salib tal-Għolja. 
Ir-raġel ta’ 67 sena kellu jittieħed l-isptar minħabba li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi meta siequ nqabdet fil-mutur tal-ħart. 
Il-Pulizija qed tinvestiga.