Read in English.
Bidwi ttella’ mill-għalqa tiegħu f’Ħad Dingli sabiex jittieħed l-isptar wara li ndarab.
Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-bidwi talab għall-assistenza medika wara li ndarab fl-għalqa tiegħu. Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassisstu madanakollu ma setgħux itellgħu lir-raġel mill-għalqa.
Għaldaqstant, issejħet l-għajnuna ta’ ħelikopter sabiex ir-raġel ikun jista’ jingħata l-kura neċessarja.