Bidwi jhedded lil żewġ sidien ta’ għalqa, jeħel €600

Bidwi mis-Siġġiewi ġie mmultat €600 wara li ammetta li hedded lis-sidien tal-għalqa ta’ ħdejh.
Francis Aquilina ta’ 54 sena kien akkużat li b’pistola awtomatika mhux liċenzjata, hedded lil George u Christian Borg waqt argument il-Ħamis għall-ħabta tas-7pm.
Aquilina kellu wkoll żewġ imwies. Id-difiża qalet li l-akkużat huwa bidwi, u f’xogħlu juża s-skieken.
Il-Maġistrat Francesco Depasquale wissa lil Aquilina biex ma jkellimx lill George u Christian Borg għal tlett snin, għax ikun jirriskja li jispiċċa l-ħabs.