Bidu tas-sena mhux faċli għas-swieq finanzjarji

Bil-prezz taż-żejt f’livelli tant baxxi li ilna ma naraw bosta snin, is-swieq finanzjarji mhux qed jesperjenzaw mument faċli.
Kollox jindika li l-produzzjoni taż-żejt mhux se tonqos fil-futur qrib u għaldaqstant il-prezz għadu baxx.
Sitt xhur ilu l-prezz taż-żejt kien 100 dollaru-il barmil. Issa jinsab 46 dollaru. Dan wassal għal spekulazzjonijiet kbar fis-swieq.
Matul l-2014, l-indiċi Amerikan S&P 500, li jinkludi l-ikbar 500 kumpanija Amerikana, qatt ma ra telf għal tliet ġranet wara xulxin. Matul din is-sena diġà rajna telf għal ħames ġranet wara xulxin iseħħ darbtejn. Dan qed ikompli jindika li se tkun sena diffiċli għal min jinvesti f’ishma.
Qed tikber l-istennija għall-elezzjoni fil-Greċja fil-25 ta’ Jannar. Il-partit fl-Oppożizzjoni qed isostni li f’każ li jirbaħ, lest joħroġ miż-żona ewro u anke ma jħallasx xi djun li għandu ma’ pajjiżi oħra. Dan wassal biex l-ewro jitlef kontra bosta muniti. Din is-sena l-ewro sofra telf ta’ madwar 5% kontra d-dollaru Amerikan u dak Awstraljan.
Il-prezz tad-deheb kompla jiżdied fl-aħħar jiem.
Best Buy, waħda mill-ikbar kumpaniji li tbiegħ prodotti elettroniċi, rat l-ishma tagħha jinżlu b’iktar minn 10% meta ħabbret li se tagħmel inqas profitti.
Fl-aħħar jiem kien irrappurtat li Samsung se tixtri l-kumpanija Blackberry. Malli ħarġet l-aħbar, l-ishma ta’ Blackberry raw żieda ta’ 30% fil-valur. Proprju ġurnata wara, din iż-żieda ntilfet hekk kif tħabbar li Samsung ma kellhom l-ebda interess fi Blackberry.
L-ishma ta’ kumpaniji Żvizzeri raw telf ta’ madwar 15% fl-aħħar jiem hekk kif tħabbar li l-Frank Żvizzeru mhux se jibqa’ marbut b’rata fissa mal-ewro. Dan ifisser li prodotti Żvizzeri se jogħlew fil-prezz għall-konsumaturi Ewropej.
Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net, Tel. 21493250
L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma pprovduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investimen