Bidu tajjeb għat-tim ta’ Conte

Għal Antonio Conte bħala l-coach il-ġdid ta’ Inter, ir-riżultat mill-ewwel logħba kontra Lecce kien perfett. Inter irnexxielhom jirbħu bl-iskor ta’ 4-0 u fost l-iskorers kien hemm Romelu Lukaku u Antonio Candreva.

Diego Godin kien diġà mweġġa’ u qabel il-logħba Stefan de Vrij ħass uġigħ u ma setgħax jilgħab. B’hekk Andrea Ranocchia kellu jidħol jilgħab fid-difiża u Romelu Lukaku għamel id-debutt tiegħu mal-ewwel ħdax.

Inter fetħu l-iskor fil-21 minuta bil-gowl ta’ Brozovic. Tliet minuti biss wara, Sensi sab ix-xibka biex għamel l-iskor 2-0. Fit-tieni taqsima kien Lukaku li rnexxielu jsib ix-xibka u lejn l-aħħar tal-logħba Candreva ssiġilla r-rebħa bir-raba’ gowl.

Riżultati oħra:

Udineses 1 – 0 Milan

Roma 3 – 3 Genoa

Cagliari 0 – 1 Brescia

Torino 2 – 1 Sassuolo

Verona 1 –  1 Bologna

SPAL 2 – 3 Atalanta

Sampdoria 0 – 3 Lazio