Bidu tajjeb għal Marsa Magpies fit-tieni rawnd tal-krikit

Beda t-tieni rawnd tal-kampjonat tax-xitwa tal-krikit, fejn it-tim tal-Marsa Magpies lagħab kontra t-tim tal-Krishna Kobras.
L-aħħar li ltaqgħu dawn iż-żewġ timijiet, Krishna Kobras kienu superjuri.
Din id-darba il-Marsin kellhom plejers tajbin u kienu huma li rebħu t-toss u battjaw lewwel.
Fil-fatt Marsa rreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom u ħadu sbatax-il punt. Minkejja r-rebħa, Marsa xorta baqgħu t-tielet bi tliet punti differenza wara l-istess Krishna Kobras.
Fil-kampjonat tax-xitwa tal-krikit, Melita jinsabu fl-ewwel post b’29 punt u nhar is Sibt li ġej se jilagħbu kontra Marsa.