Bidu perfett għal Manchester United b’rebħa fuq Leicester

Penalty mogħti minn Paul Pogba wara tliet minuti logħob u xutt fit-tieni taqsima ta’ Luke Shaw taw lil Manchester United rebħa fl-ewwel logħba ta-istaġun il-ġdid.

Pogba, li madwaru kien hemm ħafna spekulazzjoni minħabba li Barcelona kienu interessati fih, intgħażel bħala captain minn Jose Mourinho u l-plejer Franċiż ma naqasx milli jiskurja minn penalty wara li Daniel Amartey miss il-ballun b’idu. Shaw żied il-vantaġġ favur Manchester United meta skurja l-ewwel gowl tiegħu bħala professjonista. Jamie Vardy irnexxilu jiskurja gowl għal-Leicester fil-ħin miżjud iżda Manchester United żammew sod sabiex kisbu t-tliet punti kollha.