Bidu għall-proġetti ġodda favur l-edukazzjoni dwar l-annimali f’Għawdex

F'Għawdex bdiet ħidma fuq masterplan ġdid biex jeduka lill-poplu Għawdxi iktar dwar il-kura u l-ħarsien tal-annimali.
Dan ħabbritu l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, filwaqt li rreferiet għax-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ petting farm u spazju rikreattiv ġdid għall-familji.
Il-petting farm se jkollha żwiemel, fniek, paguni, klieb, nagħaġ u mogħoż.
L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett mistennija tkun lesta sa nofs din is-sena.
“Bdejna nagħtu lura spazji miftuħa lill-familji tagħna”
Fi stqarrija, l-Ministru spjegat kif il-masterplan se jkun maqsum f’diversi fażijiet u se jinkludi park għall-klieb, u butterly enclosure
Fażi oħra tal-proġett se tkun qed toħloq spazji aktar attrezzati għall-Animal Welfare f’Għawdex kif ukoll l-SPCA
Apparti dan il-proġett, li fih qed jiġu investiti mal-€400,000, hemm numru ta’ spazji oħra li qed jiġu riġenerati. Dawn jinkludu l-Fanal tal-Ġordan u l-akwati, kif ukoll iktar tard din is-sena jibda x-xogħol fuq l-Ulysses Grove.
Ritratti: MGOZ