Bidliet mill-MEPA għal studji dwar it-trasport

L-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) daħħlet bidliet fil-proċess ta’ dak li s’issa kien magħruf bħala t-Traffic Impact Statement.
Fl-aħħar 20 sena, il-MEPA bniet arkivju marbut ma’ informazzjoni dwar it-traffiku lokali u għalhekk mhux se jibqgħu jintużaw il-limiti tar-Renju Unit kif kienu adottati b’mod sħiħ meta tfassal oriġinarjament.
Minn issa dan l-istudju, li kien iseħħ b’rabta mat-traffiku f’każ ta’ żvilupp kbir, se jibda jissejjaħ Transport Impact Assessment għaliex it-termini tiegħu se jitwessgħu.
Dan mistenni jħaffef il-proċess tal-ippjanar mingħajr ma tiġi injorata l-ħtieġa ta’ evalwazzjoni sħiħa b’rabta mat-trasport.