Bidla fit-tmexxija ta’ Nisa Laburisti

Partit Laburista

Nikita Zammit Alamango se tkun qed tmexxi l-għaqda Nisa Laburisti.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li Zammit Alamango se tkun qed tmexxi minflok Claudette Abela Baldacchino.

F’kummenti fi tmiem il-perjodu tagħha fit-tmexxija ta’ Nisa Laburisti Abela Baldacchino esprimiet sodisfazzjon għall-erba’ snin fit-tmexxija tal-għaqda.

Abela Baldacchino qalet li kienu strumentali fir-riformi tal-liġi tal-IVF u li ħadu sehem f’diversi dibattiti.