Bidla fit-tmexxija fil-futbol tan-nisa

Mark Gatt, l-eks-assistant kowċ ta’ Pierre Brincat fit-tim nazzjonali Malti tan-nisa, inħatar kowċ nazzjonali tal-istess tim.
Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Eżekuttiv tal-MFA u tħabbret minn Norman Darmanin Demajo, President tal-Assoċjazzjoni.
Gatt ingħata kuntratt ta’ sentejn u matul dan iż-żmien se jkun qiegħed imexxi lit-tim nazzjonali Malti fit-tliet partiti minn Grupp 2 ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2015/17 kontra l-Ġorġja, l-Andorra u l-Gżejjer Faroe.
Gatt se jkollu jassistih lil Frank Schembri li għalih se tkun l-ewwel esperjenza bħala kowċ fid-dixxiplina femminili.
Schembri nħatar ukoll kowċ nazzjonali tat-timijiet ta’ Taħt id-19 u s-16-il sena.
Sadanittant, Pierre Brincat, l-eks-kowċ nazzjonali, nħatar Direttur tal-Futbol tan-Nisa fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA