Biden mistenni jippreżenta t-tim tiegħu wara l-permess ta’ Trump

Joe-Biden

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden se jkun qed jippreżenta formalment l-ewwel persuni li ntgħażlu biex ikunu parti mill-Kabinett tiegħu.

Diversi persuni li ntgħażlu huma kollegi ta’ Biden li kienu fl-amministrazzjoni ta’ Obama.

John Kerry mistenni jkun responsabbli mill-klima filwaqt li l-veteran fil-politika barranija Antony Blinkem huwa nominat li jkun is-Segretarju tal-Istat.

Donald Trump aċċetta li jibda l-proċess ta’ transizzjoni wara diversi ġimgħat ta’ kwistjonijiet.

L-Amministrazzjoni tas-Servizzi Ġenerali (GSA) qalet li hija tirrikonoxxi lil Biden bħala l-President wara r-rebħa fl-elezzjonijiet tat-3 ta’ Novembru.

Donald Trump qal lil GSA biex tagħmel dak li għandu jsir imma s’issa għadu ma rrikonoxxix li tilef dawn l-elezzjonijiet. Joe Biden mistenni li jirbaħ l-elezzjonijiet kontra Trump bi 306 voti filwaqt li Trump mistenni jġib 232 vot. Ir-rebbieħ ta’ dawn l-elezzjonijiet mistenni jiġi mħabbar formalment fl-14 ta’ Diċembru.