Biden jitlaqqam kontra l-Covid-19 pubblikament

Gage Skidmore from Peoria, AZ, United States of America via Wikimedia Commons

Il-President-elett tal-Istati Uniti Joe Biden għażel li jirċievi l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 live fuq it-televiżjoni, bil-għan li jipperswadi l-pubbliku li l-vaċċin ma jippreżenta l-ebda riskju raġjonevoli.

Biden irċieva l-ewwel doża tal-vaċċin Pfizer/BioNTech fl-isptar ChristianaCare fil-belt ta’ Newark fl-istat ta’ Delaware, flimkien ma’ martu Jill.

Hu stqarr li ma riedx jaqbeż il-kju għall-vaċċin, iżda ried juri li l-vaċċin kien sigur biex iħajjar aktar Amerikani jeħduh.

Biden se jsir il-President tal-Istati Uniti f’Jannar, u qed jimmira li jitqassmu 100 miljun doża tal-vaċċin – biżżejjed għal 50 miljun persuna – fl-ewwel 100 jum tiegħu.

Il-pandemija kkawżat aktar minn 318,000 mewt fl-Istati Uniti.