Biden jinnomina lil Pete Buttigieg bħala Segretarju tat-Trasport

Il-President Amerikan elett Joe Biden mistenni jinnomina lil Pete Buttigieg sabiex ikun is-segretarju tat-trasport tiegħu.

Permezz ta’ din il-kariga Pete Buttigieg se jkollu waħda mill-ogħla karigi fil-Gvern Federali. Buttigieg jista’ jkun l-ewwel persuna fis-senat li huwa parti mill-komunità LGBTIQ+ li jkun segretarju fil-Kabinett fl-istorja, jekk in-nominazzjoni tiegħu tiġi aċċettata mill-Kamra.

Din in-nominazzjoni hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha, hekk kif il-President elett sejjaħ eks kandidat għall-elezzjonijiet presidenzjali mal-Partit Demokratiku biex ikun parti mill-amministrazzjoni tiegħu. Ħafna demokratiċi jemmnu li Pete Buttigeg għandu jerġa’ jikkontesta għall-President.