Biden iħabbar lis-Senatriċi Kamala Harris bħala l-għażla tiegħu għal Viċi President

Il-kandidat Presidenzjali tal-Partit Demokratiku Joe Biden ħabbar li s-Senatriċi tal-Kalifornja Kamala Harris kienet l-għażla tiegħu bħala kandidat għall-Viċi President fl-elezzjoni Presidenzjali li se ssir aktar tard dan is-sena. Dan kien żvelat mit-tim tal-kampanja tiegħu permezz ta’ messaġġ lis-segwaċi tiegħu.

Harris, 55, hija l-ewwel mara ta’ ġilda skura li qatt ġiet nominata f’dan il-livell presidenzjali fl-istorja Amerikana u tipprovdi lil Biden b’imsieħba b’saħħitha biex tattakka lill-President Amerikan Donald Trump. 

“Għandi l-unur kbir li nħabbar li għażilt lil @KamalaHarris — persuna li ma tibża’ qatt tiġġieled għaż-żgħir, u waħda mill-aqwa rappreżentanta eletti tal-pajjiż – bħala r-running mate tiegħi”, qal Biden fuq Twitter. 

Din l-għażla saret f’mument fejn il-pajjiż huwa ddominat minn diżordni soċjali marbut ma’ kwistjonijiet ta’ razza b’mod partikolari fuq l-imġieba tal-pulizija kontra setturi partikolari tal-pulizija. 

Biden kien taħt pressjoni, f’dan il-kuntest, biex jagħżel mara ta’ ġilda skura bħala kandidat għal Viċi President. Hija se tkun ukoll l-ewwel persuna ta’ oriġini Ażjatika qatt nominata għal din il-pożizzjoni.