“Biddiltli ħajti għall-aħjar” – Clayton lil Charis

Clayton Zammit & Charis Busuttil
Clayton Zammit u Charis Busuttil. Ritratt: Facebook/ClaytonZammit

Ġurnata speċjali għall-attur Clayton “Ċomba” Zammit u l-maħbuba tiegħu Charis f’okkażjoni tal-ewwel anniversarju tagħhom bħala koppja.

Clayton, li ħafna jassoċjawh mal-karattru ta’ Frankie li interpreta għal sitt snin fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa, illum iddedika messaġġ lil Charis, bint il-preżentatur John Busuttil.

L-attur fakkar li sena ilu ltaqa’ ma’ persuna speċjali li biddlitlu ħajtu għall-aħjar.

“Għallimtni x’jiġifieri mħabba, għallimtni x’jiġifieri tkun verament kuntent, għallimtni ħajja ġdida. Rajtek u nġbidt lejk mill-ewwel darba li rajtek u f’sena għamilna ħafna affarijiet,” kiteb hu waqt li rrimarka wkoll li qatt mhu se jieqaf jirringrazzjaha.

“Il-paċenzja li għandek bija hija xi ħaġa unika u kuljum inħobbok iżjed. Grazzi ta kull ma tagħmel miegħi,” kompla jikteb Clayton.

Clayton Comba Zammit
Ritratt: Facebook/ClaytonCombaZammit

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Clayton u lil Charis f’dan l-ewwel anniversarju tagħhom u biex l-imħabba tagħhom tkompli tissaħħaħ għas-snin li ġejjin.