Biċċa mit-Torri Eiffel tinbiegħ bl-irkant

Reuters

Biċċa mil-garigor oriġinali tat-Torri Eiffel, l-iżjed attrazjoni popolari f’Pariġi, inbiegħet bl-irkant għall-prezz ta’ €169,000, tliet darbiet iżjed mill-prezz stmat.

Id-dar tal-irkant Artcurial ħadet ħsieb il-bejgħ tal-garigor li kien jagħmel parti minn kollezzjoni privata Kanadiża. Is-sid il-ġdid tal-garigor huwa mil-Lvant Nofsani.

Biċċiet oħra tal-garigor jinstabu fil-ġonna tal-fundazzjoni Yoishii fil-Ġappun, viċin l-Istatwa tal-Libertà fl-Istati Uniti u f’Disneyland fi Florida.