Bibien fil-Mosta jingħataw numri ġodda

Ritratt: Christian Stahl / Unsplash

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’: Triq iċ-Ċinju, Triq il-Gardell, Triq il-Karettunier, Vjal Ragusa u Triq Walter L. Salomone, Il-Mosta li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.

L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-31 ta’ Jannar, 2020, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.

Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-31 ta’ Jannar, 2020.