Bibbja b’xejn waqt l-Anġelus tal-Papa nhar il-Ħadd

Min se jinzerta fil-Belt tal-Vatikan nhar il-Ħadd li ġej għall-Anġelus tal-Papa qiegħed biċ-ċans li jingħata b’xejn edizzjoni ġdida tal-Bibbja minn 15,000 kopja li se jitqassmu.
Dan, b’inizjattiva tal-Familja Paolina fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twaqqif tagħha. Se toħroġ verżjoni aġġornata tat-testi l-antiki fil-jum li jiftaħ is-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet.
Il-volum jinkludi introduzzjoni ġenerali u introduzzjoni għal kull ktieb, noti meħtieġa għat-test, mappa bil-kulur u gwida għall-katekisti.
Fiha wkoll pjan ta’ qari għat-365 jum fis-sena għal dawk li jridu jaċċettaw l-istedina tal-Papa Franġisku biex jaqraw silta mill-Bibbja kuljum.