Biħsiebu jibqa’ mal-United De Gea?

Manchester United komplew bid-diskussjonijiet ma’ David De Gea u jinsabu kunfidenti li se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin. De Gea kellu offerta biex jibda jiħallas ftit aktar minn €335,446 fil-ġimgħa sa mill-bidu ta’ din is-sena.

Iżda issa United jidher li diġà żiedu ma’ din is-somma li telgħat sa €391,354 fil-ġimgħa. Il-kuntratt li għandu bħalissa, se jagħlaq fl-aħħar tal-istaġun li ġej. Jaf ma jiħux id-deċiżjoni hekk malajar u jistenna sas-Sajf biex jara l-klabb xi plejers ġodda se jkun qed iġib. De Gea li għandu 28 sena, jitqies bħala l-aqwa goaler fid-dinja bħalissa. Iżda sfortunatament irnexxielu biss jirbaħ tazza waħda fl-aħħar staġun taħt Alex Ferguson fl-2012-13.