Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ daqqa ta’ siġġu waqt argument.
Dan ġara fl-4am fi Triq Qrajten f’Tal-Pietà.
Il-pulizija ssejħu fuq il-post għax kien hemm argument ġo residenza bejn żewġ irġiel, wieħed ta’ 38 sena u ieħor ta’ 42 sena. It-tnejn huma barranin.
Dak ta’ 38 sena qala’ daqqa ta’ siġġu u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Hemmhekk ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
Ir-raġel ta’ 42 sena ġie arrestat.