Bi grieħi gravi wara li ndarab fil-power station

Raġel ta’ 57 sena, residenti l-Fgura, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ndarab f’sit fil-power station ta’ Delimara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am hekk kif ir-raġel indarab waqt li kien qiegħed jgħin biex jinħattu xi kaxxi minn ġo kontejner.
Jidher li r-raġel inqabad bejn il-kaxxi meta dawn waqgħu minn fuq fork lifter li kien qed iġorrhom.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. 
Ritratt: Arkivji