Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Ġwann.
Il-Pulizija qalet li ġiet infurmata b’dan l-argument fi Triq il-Kunċizzjoni għall-ħabta tal-12.15am.
L-argument seħħ bejn żewġ Albaniżi, wieħed ta’ 33 sena u l-ieħor ta’ 29 sena, li t-tnejn joqogħdu r-Rabat, Għawdex.
L-Albaniż ta’ 33 sena ittieħed l-isptar b’ambulanza minħabba li sofra xi ġrieħi u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.