Bi ġrieħi gravi wara li jaqa’ sular

Raġel ta’ 41 sena, residenti l-Imtarfa, qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San David, l-Imtarfa.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.