Bi ġrieħi gravi wara ġlieda f’San Pawl il-Baħar

Raġel Serb ta’ 45 sena qed isofri ġrieħi gravi wara ġlieda f’San Pawl il-Baħar kmieni dalgħodu.
Il-Pulizija qalet li r-raġel, li jgħix San Ġwann, sofra ġrieħi meta raġel Libjan ta’ 29 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, laqgħet lir-raġel Serb b’oġġett iebes.
L-inċident seħħ fi stabbiliment fi Triq il-Mazzola, għall-ħabta tas-5.45am.
L-aggressur ħarab minn fuq il-post iżda nstab ftit tal-ħin wara u kien arrestat.
Il-vittma tieħed l-isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza.