Bi ġrieħi gravi r-raġel li waqa’ minn fuq sellum f’Ta’ Sannat

Ir-raġel li waqa’ minn fuq sellum f’Ta’ Sannat ilbieraħ, hu u jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni, qed isofri minn ġrieħi gravi.

Dan ġara fil-11am fi Triq Saguna.

Ir-raġel ta’ 64 sena residenti Kerċem kien qed jaħdem fuq kamra ta’ għalqa, f’għoli ta’ madwar sular.

Ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard irriżulta li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.