Aġġornata: Mijiet jipparteċipaw fi protesta nazzjonali

Read in English.

66 grupp dalgħodu marru l-Belt biex jipparteċipaw fi protesta nazzjonali organizzata mill-Moviment Graffitti.

Wayne Flask, kelliem għall-Moviment Graffitti, indirizza lil dawk preżenti quddiem il-Parlament fi tmiem il-protesta u enfasizza li din il-protesta ma’ kienetx waħda partiġġjana. B’referenza għall-partiti politiċi Maltin, huwa qal li “d-dnub ta’ wieħed ma’ jaħfirx tal-ieħor” u hemm bżonn li ttieħed azzjoni responsabbli minn dawk li jmexxu l-pajjiż.

Fi stqarrija, il-Moviment Graffitti qal li gruppi li rreġistraw il-parteċipazzjoni tagħhom ivarjaw minn NGOs ambjentali u residenti minn lokalitajiet differenti.

Il-Moviment Graffitti qal li l-protesta se tkun qed tagħmel sitt talbiet bl-għan li jiġi kkontrollat il-bini żejjed u bl-addoċċ:

  1. Bidla fil-policies tal-ippjanar
  2. Riforma tal-awtoritajiet responsabbli mill-ambjent u l-ippjanar
  3. It-twaqqif ta’ proġetti kbar ħafna sakemm ikun daħal fis-seħħ pjan serju għall-iżvilupp f’Malta
  4. Strateġija dwar it-toroq u t-trasport alternattiv
  5. Regolamentazzjoni tal-industrija tal-kostruzzjoni
  6. Il-ħarsien tal-biodiversità u s-saħħa taċ-ċittadini

F’post fuq Twitter il-Ministru Josè Herrera qal li qiegħed jieħu nota tal-messaġġi li nbagħtu matul din il-protesta. Żied li minkejja li l-Gvern huwa impenjat li jkompli l-programm elettorali tiegħu jrid jibqa’ jisma’ lill-pubbliku.