Bħalissa: Laqgħa tal-Kabinett f’Kastilja

Bħalissa għaddejja laqgħa tal-Kabinett fil-Berġa ta’ Kastilja.

Il-kabinett tal-Ministri s-soltu jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta. Madanakollu bħalissa qed jiltaqa’ aktar frekwenti biex jiddiskuti l-iżviluppi kontinwi fil-kriżi tal-coronavirus. Fost l-oħrajn il-laqgħa ta’ jumejn ilu baqgħet għaddejja sa wara nofsillejl. Skont sorsi, f’din il-laqgħa ġiet diskussa l-għajnuna finanzjarja lin-negozji u l-ħaddiema.

Mistoqsi jekk is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci hix preżenti għal-laqgħa tal-lum, kelliem għall-Gvern insista li l-laqgħat tal-kabinett huma sigrieti.

L-istazzjon nazzjonali ddeskriva l-laqgħa tal-lum bħala ‘urġenti’.

Intant, l-indikazzjonijiet juru li l-konferenza ta’ Prof. Gauci llum mhux se ssir fin-12.30pm imma għall-ħabta tas-1.30pm. Kompli segwi Newsbook.com.mt għal xandira live.

“Is-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha bħalissa qed toħroġ l-aqwa karatteristiċi tal-Maltin fejn qed jiżdied il-volontarjat ma’ min għandu bżonn l-aktar għajnuna, l-anzjani, il-persuni vulnerabbli, anke l-ħaddiema tal-isptar. Ninsab tassew qrib il-poplu kollu.” 

Dan qalu l-President ta’ Malta George Vella meta kien qed jiġi intervistat minn Jesmond Saliba waqt il-programm Newsbook Hour fuq l-istazzjon tar-radju 103.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn