Aġġornata (2): Tintemm il-laqgħa preliminari tal-PAC dwar ix-xiri taż-żejt

Tintemm il-laqgħa preliminari dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.

Matul din il-laqgħa ġiet stabbilita' l-proċedura li biha jrid jimxi l-Kumitat.

Dan wara li l-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu li għandu jkun dan il-Kumitat li jiddiskuti r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar ix-xiri taż-żejt.

Ġie miftiehem ukoll li fost ix-xhieda ma jkunx hemm membri tal-Kumitat li għandu jevalwa lix-xhieda għalhekk ukoll il-Kumitat tmexxa minn Jason Azzopardi flok Tonio Fenech.

Claudio Grech ukoll mistenni li jċedi postu waqt il-laqgħat tal-kumitat lil deputat ieħor nazzjonalista.

Se jkunu aktar minn 50 ix-xiehda li se jitressqu quddiem il-Kumitat fosthom Austin Gatt, Lawrence Gonzi, Simon Busuttil, Chris Said, Tonio Fenech, Claudio Grech, Konrad Mizzi, Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliette, Manwel Delia, Joe Falzon, Alex Tranter, Tancred Tabone, George Farrugia, Ineż Farrugia, John Rizzo, Saviour Balzan u l-Awditur Ġenerali

L-Awditur Ġenerali sostna li mhux normali jkun parti mix-xhieda u l-konklużjonijiet jinsabu fir-rapport li tħejja

Id-diskussjoni fuq ir-rapport se tibda fis-26 ta’ Awwissu meta tkun finalizzata l-proċedura. 

Il-midja ingħatat l-awtorizazzjoni li tattendi. 

Se jkun il-Kumitat stess li se jirregola l-ammont tal-laqgħat.