Bħal-lum sena: Ċensiment onlajn għall-ewwel darba

Miguela Xuereb

Read in English.

Iċ-ċensiment tal-popolazzjoni f’Malta mistenni jsir għall-ewwel darba onlajn bħal-lum sena. Iċ-ċensiment isir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u dan tas-sena d-dieħla se jkun it-18-il edizzjoni taċ-ċensiment mill-1842 li sar kważi kull 10 snin.

Għas-sena d-dieħla l-NSO mhux se jkun qed jimposta aktar karti u għaldaqstant qed iħejji pjattaforma onlajn fejn iċ-ċittadini jistgħu jaċċessaw il-formola għall-mistoqsijiet dwar il-popolazzjoni.

F’infografika ppubblikata mill-NSO, l-uffiċċju qal li l-popolazzjoni ta’ Malta żdiedet b’aktar mid-doppju fis-seklu bejn l-1901 u l-2011.

NSO, 2020