Bħal-lum kien miet l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM

Kien fit-12 ta’ Marzu 1967 li miet Ewġenju Borg, l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Borg kien ukoll ħaddiem tat-Tarzna.

Imwieled fl-Isla nhar l-24 ta’ Lulju 1886 huwa miet bħal-lum fl-1967 fl-età ta’ 81 sena. Borg jibqa’ magħruf talli fetaħ l-ewwel dar tal-Museum barra mill-Ħamrun.

Fl-1997 infetħet il-kawża biex isir Beatu.

Borg kien ħadem ukoll qrib San Ġorġ Preca u fl-2017 l-istudenti tal-MCAST ħadmu wkoll dokumentarju dwaru bl-isem ta’ Id-Dinja Għamilnieha Tagħna fuq kitba u riċerka ta’ Robert D’Amato.