Bħal-lum ġimgħa l-Qorti tiddeċiedi dwar referendum dwar il-kaċċa

Bħal-lum ġimgħa, il-Qorti Kostituzzjonali mistennija tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar jekk isirx ir-referendum dwar il-kaċċa f’Malta.
Fil-gazzetta tal-Gvern tad-9 ta’ Diċembru, kien ġie ppubblikat li d-deċiżjoni mistennija titħabbar fid-9 ta’ Jannar.
Ir-referendum mistenni jistaqsi jekk għandhiex tieqaf il-kaċċa tal-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa.
It-talba għar-referendum kienet saret mill-Koalizzjoni kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.
Dan wara li l-Kummissjoni Elettorali kienet sodisfatta li l-petizzjoni li tressqet quddiemha kienet ġiet iffirmata minn iktar minn 10% tal-popolazzjoni Maltija eliġibbli biex tivvota.
Fil-fatt, sa Marzu li għadda kienu ffirmaw il-petizzjoni iktar minn 41,000 ruħ li jinsabu fuq ir-Reġistru Elettorali.
Il-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) kienet oġġezzjonat iżda l-Qorti ċaħdet ir-rikors tal-għaqda.