Kien bħal-lum 5 snin li l-kantant Taljan Mango miet fl-età ta’ 60 sena. Il-mewt tiegħu kienet kaġun ta’ attakk f’qalbu waqt li kien qed ikanta l-kanzunetta popolari tiegħu Oro waqt kunċertgħall-benefiċnenza f’Matera.
Ismu proprju kien Pino Mango u fost is-suċċessi tiegħu matul is-snin niftakru Lei verrà, Bella d’estate, Mediterraneo, Sirtaki, Nella mia città, La rondine, u Ti porto in Africa.
L-ironija hi li hu dejjem kien jiċċajta li jixtieq imut fuq il-palk… u fil-fatt hekk kien.