Bħal-lum 47 sena The Doors tilfu kantant

Bħal-lum 47 sena, il-kantant ta’ The Doors, Jim Morrison instab mejjet fil-banju tiegħu fl-età żagħżugħa ta’ 27 sena.

Wara madwar sentejn mimlija problemi mal-membri tal-band tiegħu, Jim Morrison kien għadu kemm iddeċieda li jirrekordja album magħhom, L.A. Woman, li spiċċa kien l-aħħar album li qatt ħarġet il-band famuża tas-60.

Propju fit-3 ta’ Lulju tal-1971, Morrison instab mejjet fil-banju tal-appartament tiegħu fi Franza. Minkejja li l-kawża uffiċjali tal-mewt tiegħu ġiet irrappurtata bħala kollas kardijaku kroniku, bosta jemmnu li kien hemm xi kawża oħra hekk kif ma saritx awtopsja fuq il-katavru mill-awtoritajiet Franċiżi.

Il-mewt ta’ Morisson niżżlitu fil-famuż 27 club, li huwa isem informali li ingħata għall-mużiċisti famużi li mietu fl-età ta’ 27 sena.