Bħal-lum 20 sena ilu beda l-Big Brother

Kien bħal-lum 20 sena ilu li x-xena tat-televiżjoni rat l-introduzzjoni tal-ewwel programm tar-reality show Big Brother. Dan permezz tal-istazzjon televiżiv Olandiż Veronika.

Il-programm kien suċċess minnufih u l-format tiegħu nbiegħ f’mijiet ta’ pajjiżi madwar id-dinja, fosthom ukoll fl-Italja, li permezz tal-istazzjon tal-Mediaset, il-Canale 5, nistgħu segwuh bħala Grande Fratello, kif ukoll insegwu ukoll il-Grande Fratello VIP.

Ritratt: Twitter

L-ewwel edizzjoni damet għaddejja mis-16 ta’ Settembru sat-30 ta’ Diċembru 1999. Il-parteċipanti damu 106 ġurnata b’kollox maqfula fid-dar tal-Big Brother.

L-ewwel rebbieħ tar-reality show Big Brother li qatt sar madwar id-dinja kien ċertu Bart Spring in ‘t Veld, li llum għandu 42 sena.