Bħal-lum 16-il sena ilu ntwera l-aħħar episodju ta’ Friends

L-atturi fi Friends (mix-xellug għal-lemin): Matt LeBlanc, Courteney Cox, Lisa Kudrow, Matthew Perry, Jennifer Aniston u David Schwimmer. Ritratt: Warner Bros. Entertainment.

Bħal-lum 16-il sena ilu, fl-2004, kien ixxandar l-aħħar episodju tas-sensiela popolari Friends. Dan l-episodju kien ġibed lejh 52 miljun spettatur li bla dubju juri l-interess li s-sensiela kellha ma’ dawk li kienu ilhom isegwuha sa mill-1994 meta kienet bdiet.

Friends kienet tixxandar fuq in-National Broadcasting Company (NBC) u kienet ir-rebbieħa ta’ sitt Emmy Awards, li jinkludu l-aqwa sensiela komika. Mit-tieni sal-aħħar staġun dejjem kienet fost l-aqwa ħames programmi kif segwiti mit-telespettaturi. Fit-tmien staġun kienet spiċċat fl-ewwel post.