Bħal-lum 100 sena faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinija

Aktar minn 80 mexxejja ta’ pajjiżi madwar id-dinja bħalissa qed jiltaqgħu fil-Belġju biex ifakkru l-mitt sena minn meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinija.
Din il-gwerra bdiet minn kunflitt żgħir fil-Balkani u nfirxet mad-dinja kollha, bil-Ġermanja tinvadi l-Belġju f’Awwissu 1914.
Ir-Re tal-Belġju ħa ħsieb lill-mexxejja tal-pajjiżi, fosthom il-Prinċep William, ir-Re il-ġdid ta’ Spanja Felipe VI, il-Prseident Franċiż Francois Hollande u dak Ġermaniż Joachim Gauck. 
Fost il-mexxejja hemm ukoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Waqt l-Ewwel Gwerra Dinija, jiġifieri bejn l-1914 u l-1918, kien hemm 17 miljun suldat u persuni oħra li tilfu ħajjithom waqt il-ġlied.