​B’ħafna zokkor tista’ tibda tinsa

Dieta b’ħafna zokkor mhux biss twassal biex iżżid fil-piż, iżda tista’ taffettwa l-moħħ ukoll.
Studju li sar fil-Ġermanja juri li min jieħu ħafna zokkor u karboidrati jkun qed jagħmel ħsara lill-istruttura fiżika tal-moħħ u l-funzjoni tiegħu.
Skoprew li livell għoli ta’ zokkor huwa assoċjat ma’ memorja ħażina fl-adulti u jista’ jwassal biex aktar nies ibatu mid-dimensja.