“Bgħatt minn tal-inqas 15 jew 16 il-SOS” – Is-sajjied Taljan li salva

Is-sajjied li salva mill-għarqa wara li nqalbet id-dgħajsa tas-sajd ftit ‘il barra minn Wied il-Għajn sostna li bagħat daqs minimu ta’ 15 jew 16-il SOS lill-awtoritajiet Taljani.

Fabio Sapienza ta kumment lil TGR ta’ Sqallija, fejn spjega li ħass li l-awtoritajiet Taljani abbandunaw lid-dgħajsa tagħhom. Dan l-inċident għarraq lill-missieru u lil wieħed Marokkin li kien magħhom, filwaqt li Sapienza u ieħor irnexxielhom jgħumu sax-xatt.

AQRA: Aġġornata (2): Filmat: Jinstab ir-raba’ persuna, il-katavru tiegħu jittella’ mill-baħar

Sapienza sostna li kieku l-awtoritajiet Taljani ħadu azzjoni immedjata, iż-żewġ persuni li mietu kienu jsalvaw. Però, peress li l-awtoritajiet Maltin ma sarux jafu mill-ewwel, il-ħidma tas-salvataġġ beda madwar siegħa wara li ġara l-inċident.

Huwa għam sax-xatt, hekk kif ħabbat fuq bieb ta’ residenza li għenuh jagħmel rapport lill-Pulizija. Faħħar lill-Pulizija, staff mediku u suldati Maltin tal-effiċjenza fl-għajnuna tagħhom malli saru jafu bl-inċident.