Betlehem lura f’Għajnsielem

Wara nuqqas ta' sena,  Betlehem se jerġa' jirritorna f'Għajnsielem.

Newsbook.com.mt huwa nfurmat li nhar il-Ħadd li ġej se jibda t-tindif  u xogħol ieħor biex eventwalment jinfetaħ għall-pubbliku fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru.

Dan il-presepju ħaj se jerġa' jitella' mill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, NGOs lokali u l-Parroċċa ta' Għajnsielem. 

Fl-aħħar jiem twaqqaf ukoll kumitat li se jkun responsabbli mill-kostruzzjoni u l-animazzjoni ta' dan il-villaġġ tal-Milied.

Is-sena li għaddiet, dan il-presepju ħaj organizzat mill-Fondazzjoni Betlehem f'Għajnsielem ma kienx possibli jsir minħabba diversi raġunijiet

F'Awwissu li għadda, f'Ta' Passi, fejn issir din l-attività sar att vandalu fejn ingħata n-nar wieħed miż-żewġ pontijiet tal-injam li hemm fil-passaġġi.