Betlehem f’Għajnsielem iħejji għall-aħħar spinta

Hekk kif il-Milied għadda u mar, u s-sena l-ġdida bdiet, il-presepju ħaj Betlehem f’Għajnsielem qed iħejji ruħu għall-aħħar spinta tiegħu nhar l-Epifanija bil-wasla tas-Slaten Maġi.
Il-presepju ħaj jiġi mtella’ f’diversi għelieqi f’Għajnsielem u jipparteċipaw fih mal-150 attur u attriċi. Flimkien jibnu villaġġ li jieħu lil kull min iżuru lura b’elfejn sena għaż-żmien li fih twieled Ġesù.
F’Jannar, il-presepju ħaj se jkun miftuħ biss illum mit-3:30pm sa 8:00pm, fis-6 ta’ Jannar bejn l-4:30pm u t-8:00pm u s-7 ta’ Jannar, mis-2:00pm sa 8:00pm.
Lura f’Novembru, artiklu tas-CNN ikklassifika lil Malta fl-ewwel post bħala l-aħjar pajjiż fejn wieħed għandu jqatta’ ż-żmien tal-festi u fost l-oħrajn semma lil Betlehem f’Għajnsielem bħala l-attrazzjoni prinċipali.