Bertu jiddeċiedi li jerġa’ jitlaq

Merjen

Illejla waqt it-tieni puntata tas-sensiela Merjen li tixxandar fuq One fid-9pm naraw kif wara xhur ma jaħdimx u jgħix minn fuq dahar Merjen u Lonza, Bertu jiddeċiedi li jerġa’ jitlaq lura minn fejn ġie, u jsiefer barra minn Malta biex isib xogħol.

Merjen tieħu din l-aħbar b’rabja u uġigħ, sakemm imbagħad tagħmel dak li ħadd ma kien qed jistenna.

Niskopru wkoll li Gracy għandha ħabib speċjali, bl-isem ta’ Mr.Sweets. Sadanittant insiru nafu aktar mil-qrib lil Jane, is-social worker ta’ Merjen.

Merjen hu bbażżat fuq xogħol original ta’ Salvu Mallia, addattat għat-televiżjoni minn Carlos Debattista bi produzzjoni ta’ Take 2 Entertainment.