Bernie Sanders jirbaħ f’Nevada

Aġġornat 06:32 PM
Senator Bernie Sanders reacts during the 2020 Democratic U.S. presidential debate in Houston, Texas, U.S. September 12, 2019. REUTERS/Mike Blake

Read in English.

Il-kandidat demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali Amerikana Bernie Sanders ikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala l-favorit li jidħol fit-taqtiegħa mal-President Donald Trump għal White House meta rebaħ il-vot domokratiku fl-istat ta’ Nevada.

L-ewwel indikazzjonijiet kienu diġà qed juru li l-vot għal Sanders mistenni jkun massiċ iżda xorta ikun għad fadallu triq twila biex n-nominazzjoni tiegħu bħala kandidat demokratiku jseħħ.

Meta kważi ngħaddu l-voti ta’ nofs il-precincts, Sanders kellu vantaġġ kbir is-Sibt filgħaxija. F’dan l-istadju, l-eks Viċi-President Joe Biden deher li kien fit-tieni post. Warajh ġew Pete Buttigieg, l-eks Sindku ta’ South Bend, u s-Senatur Elizabeth Warren.