Bernie Sanders jirbaħ il-vot f’New Hampshire

Il-kandidat ta’ dixxendenza Maltija, Pete Buttigieg, spiċċa fit-tieni post.

REUTERS/Mike Segar

Read in English.

Il-kandidat veteran tal-Partit Demokratiku Bernie Sanders rebaħ il-votazzjoni interna tal-partit li saret f’New Hampshire.

Il-media kollha Amerikana tat rebħa lil Sanders, li għandu 78 sena, f’dan il-vot li hu parti mill-proċess biex jintgħażel minn se jirrappreżenta l-Partit Demokratiklu fl-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru.

Il-kandidat ta’ dixxendenza Maltija, Pete Buttigieg, spiċċa fit-tieni post.

Żewġ kandidati veterani ohra, l-eks Viċi President Amerikan, Joe Biden, u s-Senatriċi Elizabeth Warren jinsabu ras’imb ras għat-tielet u r-raba’ post.

Fl-ewwel elezzjoni li saret f’dan il-proċess tal-Partit Demokratiku, il-vot kien intrebaħ minn Buttigieg għal ftit voti fuq Sanders.

Hekk kif Sanders iddikjara r-rebħa f’New Hampshire, qal li dan kien il-bidu tat-triq biex Donald Trump jitneħħa minn President Amerikan.

Issa wara dan il-vot ikun imiss votazzjoni oħra fil-proċess fit-22 ta’ Frar f’Nevada.