Bernat ingħaqad ma’ PSG qabel għalaq is-suq tat-trasferimenti

Paris Saint Germain ikkonkludew l-akkwist tad-difensur laterali Spanjol Bernat għas-somma ta’ €15m. Il-plejer ta’ 25 sena ddeċieda li jħalli lil Bayern Munich sabiex jibda kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu ġewwa l-belt kapitali Franċiża.

Bernat ingħaqad mat-tim tal-Bundesliga mingħand Valencia fl-2014 u rnexxielu jirbaħ erba’ kampjonati domestiċi filwaqt li skurja ħames gowls f’113-il logħba. Fuq is-sit uffiċjali tal-klabb il-ġdid tiegħu, id-difensur laterali stqarr li ċ-ċans li jaħdem ma’ Thomas Tuchel kien fattur importanti fl-għażla li għamel;

“Ninsab ħerqan li ħa naħdem ma’ Thomas Tuchel, li wettaq ħafna xogħol tajjeb fil-Ġermanja. Tassew jien eċitat li l-pass li jmiss fil-karriera tiegħu se jsir ma’ Paris Saint Germain.”